Competitions

Jittellgħu l-poloz tan-National Amateur Cup

Published: 10-08-2022 17:48
DSC_6657.jpg
This article is also available in English.

Il-poloz tar-Rawnd Preliminari u r-Round tal-Aħħar 16 tan-National Amateur Cup saru nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Awwissu, 2022, fis-sala tas-Centenary Stadium. Dan kien avveniment li kien miftuħ għar-rappreżentanti tat-timijiet li qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni.

Il-kompetizzjoni hija riservata għal timijiet li jieħdu sehem fin-National Amateur League u fit-Tieni Diviżjoni tal-Kampjonat Għawdxi.

B’kollox se jieħdu 27 team, 22 minn National Amateur League u 5 mill-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni tal-Kampjonat Għawdxi.

Il-poloz tar-rawnd preliminari u tal-Aħħar 16, tmexxew mid-Direttur tal-Operazzjonijiet tal-Futbol, ​​Stephen Azzopardi.

L-ewwel 22 team se jieħdu sehem fir-rawnd preliminari filwaqt li l-ħames timijiet l-oħra se jingħaqdu mal-11-il team rebbieħa tar-rawnd preliminari fil-fażi li jkun imiss.

Il-logħbiet tar-rawnd preliminari se jintlagħbu mis-6 sat-8 ta’ Settembru filwaqt li r-rawnd tal-Aħħar 16 se jintlagħbu bejn it-8 u d-9 ta’ Ottubru.