Competitions

STQARRIJA MILL-MALTA FA: IL-FIXTURES TAL-MERIDIANBET FA TROPHY

Published: 24-03-2026 11:54
corner flag DA.jpeg
This article is also available in English.

Il-Malta FA tixtieq tiċċara l-pożizzjoni attwali rigward il-logħbiet tas-semi-finali tal-Meridianbet FA Trophy.

Il-kalendarju uffiċjali tal-kompetizzjoni, inklużi d-dati għas-semi-finali, ġie ppubblikat f'Awwissu 2025 u minn dakinhar kien disponibbli għall-clubs parteċipanti kollha.

Wara talbiet riċenti mressqa minn Valletta FC u Gżira United FC biex jiġu posposti l-logħbiet skedati tas-semi-finali, l-MFA daħlet f'diskussjonijiet mal-clubs kollha involuti, u tathom l-opportunità li jilħqu ftehim aċċettabbli għaż-żewġ naħat.

Minkejja dawn l-isforzi u d-djalogu miftuħ, ma seta' jintlaħaq l-ebda ftehim bejn il-clubs.

Fid-dawl ta' dan ir-riżultat, u skont ir-regolamenti stabbiliti u l-kalendarju tal-kompetizzjoni ppubblikat qabel, l-MFA kkonfermat li l-logħbiet tas-semi-finali se jipproċedu kif skedat oriġinarjament.

Hija prattika stabbilita tal-MFA li meta jiġu ppubblikati l-logħbiet, għall-Integrità u l-FairPlay, tikkunsidra biss bidla fil-logħbiet jekk ikun hemm qbil reċiproku bejn il-partijiet kollha. Sfortunatament f'din l-okkażjoni, ma setax jintlaħaq ftehim bħal dan.

L-Assoċjazzjoni tibqa' impenjata li tiżgura t-trasparenza, u l-ġustizzja mar-regolamenti tagħha fl-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet kollha.