Competitions

Hibernians jirbħu l-Meridianbet FA Trophy għall-11-il darba

Published: 18-05-2025 21:19
Birkirkara 1-2 Hibernians - 18.05.2025 (8).jpg
Birkirkara 1-2 Hibernians - 18.05.2025 (11).jpg
Birkirkara 1-2 Hibernians - 18.05.2025 (10).jpg
Birkirkara 1-2 Hibernians - 18.05.2025 (6).jpg
Birkirkara 1-2 Hibernians - 18.05.2025 (4).jpg
Birkirkara 1-2 Hibernians - 18.05.2025 (5).jpg
Birkirkara 1-2 Hibernians - 18.05.2025 (2).jpg
Birkirkara 1-2 Hibernians - 18.05.2025 (1).jpg
This article is also available in English.

MERIDIANBET FA TROPHY FINAL
18.05.2025
National Stadium, Ta’ Qali

BIRKIRKARA FC...1
HIBERNIANS FC...2
(HT 0-1)

15’ Apostolos Ilias Martinis (HIB), 72’ Maxuell Maia (BKR), 80’ Kurt Shaw (HIB)

Hibernians FC rebħu l-Meridianbet FA Trophy wara li goal tard ta’ Kurt Shaw tahom rebħa ta’ 2-1 fuq Birkirkara FC nhar il-Ħadd 18 ta’ Mejju 2025.

Birkirkara kellhom l-ewwel tentattiv fuq il-lasta fis-seba’ minuta, wara li l-ballun wasal għand Luis Mario Cordova Mina minn azzjoni ta’ corner, iżda x-xutt tiegħu ġie salvat mill-goalkeeper ta’ Hibernians Pablo Nino Sanchez.

Iżda wara ftit minuti, Birkirkara sofrew daqqa ta’ ħarta kbira, hekk kif waqt attakk ta’ Hibernians, Alessandro Coppola waqqa’ lil Miullen Natha Felicio Carvalho meta kien tiela’ waħdu fid-direzzjoni tal-lasta. Id-difensur ta’ Birkirkara ntwera karta ħamra diretta talli ċaħħad din l-opportunità ta’ skor.

Mill-free-kick li rriżulta, Apostolos Ilias Martinis  għeleb b’mod eċċellenti lill-goalkeeper Giacomo Volpe, biex tefa’ lil Hibernians fil-vantaġġ wara 15-il minuta.

Iżda minkejja li kienu bi player inqas, Birkirkara għamlu reazzjoni u bdew jippressaw u man-nofs siegħa xutt mid-distanza għadda ftit barra mil-lasta difiża mill-goalkeeper Sanchez.

Fis-37 minuta, Birkirkara reġgħu resqu viċin, din id-darba b’Nicholas Agius li ġera fuq ix-xellug,  daħal fil-kaxxa u wara li qabeż żewġ difensuri,  fajjar xutt li ġie salvat minn Sanchez. L-Istripes komplew bil-pressjoni tagħhom u eżatt qabel il-mistrieħ, Alexander Satariano xeħet cross mix-xellug iżda Leandro Lautaro Lacunza ma rnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun. 

Fl-ewwel taqsima Hibs kellhom l-opportunitajiet tagħhom ukoll fejn  Khevin Rodrigo Fraga venven xutt minn barra l-kaxxa iżda ntemm ftit barra.  

Wara l-mistrieħ, kienu l-Pawlisti li heddew l-ewwel meta Lucas Villela Iapert b’xutt minn tarf il-kaxxa ra lil Volpe jsalva.  

Fit-58 minuta, Birkirkara resqu ferm viċin li jiksbu d-draw meta  Maxuell Maia sab lil Pablo Leonel Gaitan iżda minn taħt il-lasta ra lill-goalkeeper ta’ Hibernians, Sanchez, isalva b’mod eċċellenti.

Fis-63 minuta, kienu Hibernians li resqu viċin li jirduppjaw meta l-ballun waqa’ għand Villela Iapert, iżda quddiem Volpe falla l-mira. 

Fit-72 minuta, Birkirkara kisbu d-draw meta ngħataw free-kick barra l-kaxxa li minnu, Maxuell Maia xeħet il-ballun fis-saqaf tar-rokna tax-xibka liema goal kien it-tieni free-kick li ġie skorjat f’din il-partita. 

Madankollu, fit-80 minuta, Hibernians reġgħu marru fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ corner, Kurt Shaw xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras stupenda.

Birkirkara ppruvaw jagħmlu reazzjoni iżda din ma waslitx biex Hibernians ikkontrollaw sas-suffara finali u rebħu l-Meridianbet FA Trophy.

Birkirkara FC
1 Giacomo Volpe (GK), 4 Luis Mario Cordova Mina, 6 Pablo Leonel Gaitan (93 Yikpe Gislain Gnamien, 80’), 13 Tomislav Papazov, 20 Alexander Satariano (C), 24 Leandro Lautaro Lacunza, 25 Neil Micallef, 27 Alessandro Coppola, 59 Donovan Stephane Makoma, 91 Maxuell (Samurai) Maia, 92 Nicholas Agius (9 Kemar Reid, 62’)
Coach: Stefano De Angelis

Hibernians FC
25 Pablo Sanchez Nino (GK), 3 Rui Bruno Fragoso Monteiro Ribeiro, 4 Alfred Hamanjoda Silas (14 Dexter Xuereb, 77’), 5 Kurt Shaw, 7 Lucas Villela Iapert (20 Federico Falcone, 90+4’), 8 Khevin Rodrigo Fraga, 9 Miullen Natha Felicio Carvalho (21 Alex Bruno De Souza Silva, 65’), 10 Jurgen Degabriele (23 Matthew Ellul, 65’), 11 Bjorn Kristensen (C), 22 Apostolos Illias Martinis, 31 Pedro Henrique Nunes Silva
Coach: Branko Nisevic

Referee: Malcolm Spiteri
Assistant Referees: James Muscat and Duncan Spencer
Raba’ Uffiċjal: Trustin Farrugia Cann

Tkeċċa: Alessandro Coppola (BKR)
Ammoniti: Leandro Lautaro Lacunza (BKR), Pedro Henrique Nunes Silva (HIB), Alfred Hamanjoda Silas (HIB), Bjorn Kristensen (HIB), Khevin Rodrigo Fraga (HIB)

Meridianbet L-Aqwa Player tal-Logħba: Apostolos Ilias Martinis