Competitions

JITTELLGĦU L-POLOZ TAR-ROUNDS PRELIMINARI TAL-BOV CHALLENGE CUP

Published: 15-01-2026 12:29
BOV Challenge Cup Draws - 15.01.26 (1).jpeg
BOV Challenge Cup Draws - 15.01.26 (3).jpeg
BOV Challenge Cup Draws - 15.01.26.jpeg
This article is also available in English.

It-tlugħ tal-poloz għar-rounds preliminari tal-BOV Challenge Cup sar nhar il-Ħamis 15 ta’ Jannar fis-Centenary Hall, bil-kompetizzjoni mistennija tibda fil-jiem li ġejjin.

L-edizzjoni ta’ dan l-istaġun tal-BOV Challenge Cup se tinkludi total ta’ 23 club, hekk kif mat-timijiet tal-BOV Challenge League se jingħaqdu wkoll timijiet mill-Ewwel Diviżjoni tal-Gozo FA, Għajnsielem FC, Nadur Youngsters FC, SK Victoria Wanderers FC, Xaghra United FC u Xewkija Tigers FC.

Dan qed isir bħala parti minn sħubija ma’ VisitGozo, bil-għan li l-komunità tal-football madwar il-Gżejjer Maltin tingħaqad flimkien.

Il-kompetizzjoni se tibda bir-rounds preliminari, li matulhom is-16-il club tal-BOV Challenge League se jiltaqgħu f’round eliminatorju sabiex in-numru jitnaqqas għal tmien timijiet. Dan se jkun segwit minn round ieħor knockout biex jiġu determinati l-erba’ timijiet mid-diviżjoni li javvanzaw għall-Kwarti-Finali tal-BOV Challenge Cup.

Sadanittant, is-sitt timijiet Għawdxin se jittellgħu fi tliet konfronti, bir-rebbieħa jikkwalifikaw għar-round li jmiss, filwaqt li l-club li ma jittellax awtomatikament jikkwalifika għall-kwarti tal-finali.

Wara dan, se jsir tlugħ miftuħ tal-poloz għall-Kwarti tal-Finali kif ukoll għas-Semi-Finali, li se jfassal it-triq lejn il-Finali tal-BOV Challenge Cup.

It-tlugħ tal-poloz, li sar mill-Manager tal-Operazzjonijiet tal-Logħbiet tal-Malta FA, Stewart Said u mill-Chief Operations Officer tal-BOV Ernest Agius, ippreżenta numru ta’ konfronti interessanti, hekk kif it-timijiet se jiġġieldu għall-opportunità li jerfgħu l-BOV Challenge Cup.