Competitions
BOV PREMIER LEAGUE – JUMEJN OĦRA JINGĦATA BIDU GĦALL-ISTAĠUN 2022/23
Published: 17-08-2022 10:57
Jumejn oħra, il-Ġimgħa 19 ta’ Awwissu 2022, se jingħata bidu għall-Kampjonat BOV Premier.
Għaldaqstant se jitla' s-siparju fuq l-aktar kampjonat prestiġjuż fi gżiritna, fis-Centenary Stadium, hekk kif fis-6.30 pm, Birkirkara FC jilagħbu kontra Sirens FC.
Dan l-istaġun huwa wieħed li żgur se joħloq eċitament u divertiment anke għaliex il-Kampjonat BOV Premier dan l-istaġun se jkun kompost minn 14-il team.
Il-Kampjonat BOV Premier jibda f’nofs Awwissu, bl-ewwel Match Day. Wara r-raba’ waħda jkun hemm il-waqfa internazzjonali, bejn id-19 u s-27 ta’ Settembru 2022.
Biljetti għal-logħbiet:
Il-partitarji jkunu jistgħu jixtru l-biljetti mill-kabini biswit il-ground fil-ġurnata tal-partita. Il-ħlasijiet bil-cards qed jiġu aċċettati minn din is-sena.
Il-prezz ta’ biljett waħdu mixtri mill-kabini ta’ ħdejn il-ground huwa kif ġej: Adulti €10, Konċessjonijiet €6.
Il-prezzijiet ta’ biljetti mixtrija onlajn huma orħos:
Il-partitarji huma mħeġġa jixtru l-biljetti onlajn permezz ta' rata skontata.
Il-prezzijiet tal-biljetti onlajn huma kif ġej: Adulti €8, Konċessjonijiet *€5
Biljetti onlajn jistgħu jinxtraw minn tickets.mfa.com.mt
Season Tickets:
Is-Season Tickets issa huma disponibbli mill-clubs rispettivi.
Is-season tickets jippermettu lid-detentur jidħol fl-istadium għal-logħbiet tat-team preferut biss.
Is-season tickets jistgħu jiġu ordnati direttament mill-clubs rispettivi tal-BOV Premier League. Għalkemm il-prezz rakkomandat huwa ta’ €160, il-clubs huma liberi li jiffissaw il-prezz tas-season ticket rispettiv tagħhom kif jidhrilhom xieraq.
L-allokazzjonijiet tal-istands MD1 huma kif ġej:
