Competitions

JITTELLGĦU L-POLOZ TAL-ASSIKURA WOMEN’S KNOCK-OUT U L-YOUTH KNOCK-OUT

Published: 23-03-2026 12:02
Assikura Draws 5.jpeg
Assikura Draws 3.jpeg
Assikura Draws 1.jpeg
Assikura Draws 7.jpeg
Assikura Draws 4.jpeg
Assikura Draws 2.jpeg
This article is also available in English.

It-tlugħ tal-poloz għall-Assikura Women’s Knockout u l-Assikura Women’s Youth Knockout sar aktar kmieni it-Tnejn, fejn ġew deċiżi l-mogħdijiet li kull team se jieħu sal-finali.

Sitt timijiet daħlu f’kull kompetizzjoni din is-sena. Kemm għall-Assikura Women’s Knockout kif ukoll għall-Assikura Women’s Youth Knockout, erbgħa mis-sitt timijiet ġew imtellgħin biex jiffaċċjaw lil xulxin f’round preliminari. Iż-żewġ rebbieħa ta’ kull partita mbagħad jiffaċċjaw liż-żewġ timijiet l-oħra li awtomatikament għaddew għas-semi-finali permezz ta’ “bye”.

Il-Manager tal-Operazzjonijiet tal-Logħbiet tal-Malta FA, Stewart Said, mexxa t-tlugħ tal-poloz, li pprovda sensiela ta’ konfronti interessanti fiż-żewġ kompetizzjonijiet.

L-ewwel tlugħ tal-poloz li sar kien għall-Assikura Women’s Youth Knockout, bil-logħbiet tar-round preliminari skedati għall-21 u t-22 ta’ April 2026. Is-semi-finali mbagħad se jintlagħbu fit-28 u d-29 ta’ April 2026, filwaqt li l-finali hija skedata li ssir fid-9 jew l-10 ta’ Mejju 2026.

Wara dan sar it-tieni tlugħ tal-poloz, għall-Assikura Women’s Knockout. Il-logħbiet tar-round preliminari għal din il-kompetizzjoni se jsiru fl-4 ta’ April 2026. Is-semi-finali se jintlagħbu fil-25 ta’ April 2026, filwaqt li l-finali se tintlagħab fl-1 ta’ Mejju 2026.