Archives

Issir it-tielet edizzjoni tal-kors tal-physical trainers

Published: 12-06-2014 12:20
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
Il-Malta Football Association lestiet it-tielet edizzjoni tal-kors tal-phsical trainers li sar fiċ-Ċentru Tekniku f’Ta’ Qali u tmexxa minn Luca Pagani, il-physical trainier tat-tim nazzjonali Malti.  F’dan il-kors qegħdin jipparteċipaw 18-il persuna li jridu jagħmlu sitt moduli ta’ 12-il siegħa ’l wieħed għal total ta’ 72 siegħa. Il-kors jinsab fi stadju avvanzat ħafna u s’issa l-parteċipanti waslu fil-fażijiet tal-physical demand of playing football, training methodology, football conditioning, injuries prevention, periodisationulong term player development. Il-lezzjonijiet saru kollha fis-sala tal-konferenzi taċ-Ċentru Tekniku, fit-training grounds u fil-gym tal-MFA u għalihom kienu preżenti diversi għalliema lokali u anki internazzjonali. Roger Spry, kien il-kelliem u l-għalliem ta’ dan il-kors mibgħut f’Malta apposta mill-UEFA. Fl-aħħar ta’ dan il-kors, il-parteċipanti jridu jagħmlu tliet eżamijiet differenti, wieħed prattiku fil-pitch, wieħed tat-teorija u ieħor tal-istudji. Il-parteċipanti dehru kollha kuntenti mil-livell tal-organizazzjoni ta’ dan il-kors u faħru x-xogħol ta’ Luca Pagani u dawk kollha involuti.