Malta Football Association
NEWS:
L-MFA tiltaqa’mal-Għaqda Ġurnalisti Sports
Apr 2, 2014
Posted in:
Phioto credit - Joe Borg
Phioto credit - Joe Borg

  • Phioto credit - Joe Borg
  • Phioto credit - Joe Borg
  • Phioto credit - Joe Borg
  • Phioto credit - Joe Borg
  • Phioto credit - Joe Borg

Il-Malta Football Association, permezz tal-uffiċjali li jagħmlu parti mill-Bureau, illum laqgħu fil-kamra tal-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni lill-Eżekuttiv tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.


 

Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, beda din il-laqgħa billi rringrazzja lill-ġurnalisti kollha sportivi ta’ Malta u raddilhom ħajr tax-xogħol siewi li jagħmlu u li huma jwettqu b’passjoni kbira.

 

“Ir-rwol tal-ġurnalist matul il-ġimgħat li ġejjin se jkun kruċjali għall-promozzjoni tal-logħba tal-futbol domestika u dan għax se jagħlaq staġun ieħor ta’ futbol u għaliex l-MFA se torganizza l-iktar kompetizzjoni ta’ prestiġġju li qatt akkwistat Malta, il-UEFA European Under 17 Championship. Dan se jkun avveniment għan-nazzjon kollu.”

 

Charles Camenzuli, President tal-GħĠS qal li r-relazzjoni bejn iż-żewġ assoċjazzjonijiet huma tajbin ħafna u saħaq li din kienet l-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ partijiet wara li Darmanin Demajo rebaħ it-tieni terminu tiegħu ta’ President tal-MFA.

 

Waqt il-laqgħa ġew diskussi diveri suġġetti oħra, fosthom dawk imressqa mill-GħĠS, dwar l-operat tal-ġurnalisti sportivi waqt l-istaġun kalċistiku.

 

Il-laqgħa kienet waħda kordjali u pożittiva fejn iż-żewġ partijiet esprimew is-sodisfazzjon għal mod professjonali li l-membri taż-żewġ assoċjazzjonijiet qiegħdin juru waqt il-ħidma tagħhom.

 

Fl-aħħar tal-laqgħa, Charles Camenzuli, ippreżenta kopji ta’ ċirkulari maħruġa mill-MFA fis-sena 1939 dwar informazzjoni marbuta mal-istaġun tal-futbol 1939/40.

 

Darmanin Demajo irringrazzja lil kulħadd preżenti filwaqt li avża lill-kamra li kien se jinforma lill-Kunsill tal-MFA b’din l-għotja sabiħa. 

Official Sponsors
Commercial Partners