Malta Football Association
NEWS:
L-ewwel sessjoni ta’ taħriġ għat-tim ta’ Farrugia
Mar 4, 2014
Posted in:
photo credit - Paul Zammit Cutajar
photo credit - Paul Zammit Cutajar

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, immexxi minn Ray Farrugia, ingħaqad illum it-Tnejn  u kellu l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ fis-6.00pm fit-training grounds tal-MFA, f’Ta’ Qali, fejn immedjatament wara beda l-irtir għall-plejers nazzjonali f’lukanda fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.


 

Malta jmissa tilgħab partita oħra l-Erbgħa fl-Istadium Nazzjonali ta’ Ta’ Qali fis-2.30pm, valida minn Grupp 7 ta’ Kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropej li se jsiru fir-Repubblika Ċeka fl-2015.

 

Din se tkun is-seba’ partita għat-tim nazzjonali Malti li s’issa għadu m’akkwista l-ebda punt minn dan il-Grupp u skorja gowl wieħed biss, mentri sofrejna 25 gowl. Madankollu, l-iskwadra kellha prestazzjonijiet tajbin u kien hemm drabi fejn il-fortuna ma daħkitilna xejn.

 

Il-plejers mgħajjta mill-kowċ nazzjonali huma kollha f’kundizzjoni tajba u fil-grupp tidher evidenti l-għaqda u l-armonija li tirrenja, konxji li l-Iskandinavi hu tim ta’ saħħa kbira bi plejers li huma fiżikament b’saħħithom ħafna.

 

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena jkollu sessjoni oħra ta’ taħriġ għada t-Tlieta  fis-2.30pm qabel ma l-Erbgħa jilgħab kontra l-Isvezja.

 

Il-konferenza stampa ta’ qabel din il-partita se ssir għada filgħodu għal ħabta tal-10.00am fejn fiha l-media lokali se jkollha ċ-ċans tieħu r-reazzjonijiet ta’ Ray Farrugia, il-kowċ nazzjonali u ta’ Clyde Borg u Ryan Scicluna, captain u vice captain ta’ din il-partita rispettivament.

 

 

Mark Attard,

Media Officer

Official Sponsors
Commercial Partners