Archives

STQARRIJA TAL-MALTA FOOTBALL ASSOCIATION

Published: 15-07-2013 18:30
image1 (102)
Il-Malta Football Association qieghdha tavza illi fil-laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv tal-MFA tal-15 ta’ Lulju 2013, gie deciz illi ser jinhargu akkuzi fil-konfront tal-players Gianluca Calabretta, Roderick Fenech u Massimo Grima ghall-allegat involvement taghhom f’attentat ta’ korruzzjoni fil-konfront ta’ players ohra bl-intenzjoni illi jinfluwenzaw jew ibiddlu b’mod anti-sportiv il-perkors naturali jew ir-rizultat ta’ partiti tal-futbol domestiku fl-istagun 2012/13;  Illi ser jinhargu ukoll akkuzi fil-konfront tas-sinjuri Elton Borg u Julian Friggieri, illi kienu jservu fil-kumitat ta’ Hamrun Spartans FC fiz-zmien meta sehhew l-allegati fatti, ukoll ghall-involviment taghhom f’attentat ta’ korruzzjoni fil-konfront ta’ players bl-intenzjoni illi jinfluwenzaw jew ibiddlu b’mod anti-sportiv il-perkors naturali jew ir-rizultat ta’ partiti tal-futbol domestiku fl-istagun 2012/13; Illi peress li s-sinjuri Elton Borg u Julian Friggieri, kienu membri tal-kumitat ta’ Hamrun Spartans FC fiz-zmien meta sehhew l-allegati fatti, ser tinhareg akkuza fil-konfront ta’ Hamrun Spartans FC; Illi, fl-ahhar, il-players Gianluca Calabretta, Roderick Fenech u Massimo Grima, u s-sinjuri Elton Borg u Julian Friggieri, qeghdin jigu sospizi temporanjament minn kull attivita’ ta’ futbol b’effett immedjat, skond ir-regolamenti tal-MFA, u dan sakemm il-bordijiet kompetenti tal-MFA jaghtu gudizzju fuq l-allegazzjonijiet ta’ korruzjoni fuq imsemmija. L-MFA b’dan tixtieq tinforma lill-pubbliku sportiv, illi ghall-fini ta’ etika u sabiex il-gustizzja tiehu l-perkors taghha minghajr xkiel, l-ebda ufficjal jew impjegat tal-MFA mhu ser jikkumenta ulterjorment fuq dan il-kaz sakemm il-process kollu jigi tterminat.