Archives

Futsal: Ingilterra 6 vs Malta 1

Published: 24-01-2017 17:05
image1 (102)
 Malta tilfet l-ewwel partita mill-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew 2018 kontra l-Ingilterra bl-iskor ta’ 6-1.   Sal-ewwel taqsima, il-Maltin kienu fil-partita għal ħafna ħin u anki meta sabu ruħhom gowl minn taħt skurjat wara 2 minuti u 02 sekondi minn Medina, huma rnexxielhom iġibu l-gowl tad-draw fis-6 min u 20 sekonda minn Andy Mangion. It-tim ta’ Peter Pullicino għamel kuraġġ kbir u żamm lill-Ingliżi ‘l bogħod mil-lasti tiegħu iżda ċeda għall-pressjoni fit-12-il minuta u 48 sekonda b’gowl minn Ballinger. Medina reġa skorja fis-16-il minuta u 38 sekonda u Kilman skorja r-raba’ wieħed fid-19-il minuta u 07 sekondi.Hekk intemmet l-ewwel taqsima. L-Ingliżi fetħu tajjeb fit-tieni taqsima u żiedu ieħor fit-22 minuta u 40 sekonda minn Wallace. Killman reġa’ skorja għall-Ingilterra fl-34 minuta u 03 sekonda. Iktar tard, fis-7.00pm, il-Bulgarija jilagħbu kontra l-Albanija, mill-stess Grupp ta’ Malta.