Archives

St Gallen FC, Universitatea Craiova FC u Puskas FC f'Ta' Qali

Published: 17-01-2017 14:55
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
It-Tlieta filgħodu, kienet ġurnata storika għat-training grounds tal-MFA f'Ta' Qali. U dan għax kważi fl-istess ħin, fejn xulxin, kellna tliet timijiet barranin jitħarrġu fejn xulxin. Dawn kienu St Gallen FC tal-Isvizzera, Universitatea Craiova FC tar-Rumanija u Puskas FC tal-Ungerija, tliet timijiet professjonali li bħalissa jinsabu f'pajjiżna għal training camp.  It-tliet timijiet użaw partijiet differenti tat-training grounds tal-Assoċjazzjoni u kellhom sessjonijiet ta' kważi siegħa u nofs kull wieħed. Kowċis lokali Maltin, li fil-mument qegħdin jagħmlu l-kors tagħhom UEFA PRO, kellhom il-kumdita' li jsegwu dawn is-sessjonijiet mill-viċin.