Hibernians FC u Fortuna Dusseldorf 1895 FC, spiċċaw il-partita ta' ħbiberija ta' bejniethom li ntlagħbet it-Tlieta filgħaxija fl-Istadium Nazzjonali f'Ta' Qali bi skor ta' 1-1. Il-Ġermaniżi marru fil-vantaġġ iżda l-Hibs ġabu d-draw minn Joseph Mbong. Din il-partita temmet it-training camp f'pajjiżna għal Fortuna Dusseldorf 1895 FC. Ritratti: Joe Borg