Archives

Kondoljanzi – Lino Bugeja

Published: 10-01-2017 11:00
image1 (102)
 Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tas-Sur Lino Bugeja, eks-kowċ nazzjonali tat-timijiet ta’ taħt is-16 u t-18-il sena. Is-Sur Bugeja ħalla din id-dinja fl-eta’ ta’ 86 sena u f’ħajtu kien ukoll eks-plejer u kowċ ta’ Vittoriosa FC u membru fl-istaff tekniku ta’ Hibernians FC.  Is-Sur Bugeja ħadem ħafna biex jitkattar il-ġid fil-futbol Malti fi żmien meta kien ko-fundatur taċ-Ċentru Sports Edukattiv u kien anki eks-membru ta’ diversi Bordijiet u Kumitati tal-MFA, inkluż il-Bord Tekniku.  L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Bugeja f’mument daqstant diffiċli.