Archives

Kondoljanzi – Alfred Zahra

Published: 05-01-2017 14:45
image1 (102)
image3 (16)
 Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tas-Sur Alfred Zahra, Assistent Segretarju ta’ Pieta’ Hotspurs FC, li ħalla din id-dinja, dalgħodu, fl-eta’ ta’ 74 sena. Is-Sur Zahra kien bniedem maħbub minn kulħadd u ddedika ħafna minn ħajtu jgħin lill-klabb ta’ Pieta’ Hotspurs FC, b’mod speċjali lin-nursery tal-istess klabb. L-MFA tibqa’ tiftakar lis-Sur Zahra bħala persuna twajba li ħadem ħafna għall-ġid tal-futbol Malti.  Il-funeral tas-Sur Zahra jsir is-Sibt 7 ta’ Jannar 2017, fil-Knisja ta’ Fatima, Gwardamangia, fid-9.30am.L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Zahra.