Malta Football Association
NEWS:
It-tim tal-MFA jirbħu t-tournament ta’ Boxing Day
Dec 26, 2016
Posted in:
General
Fanzone
Ritratti: Domenic Aquilina
Ritratti: Domenic Aquilina

  • Ritratti: Domenic Aquilina

It-tim tal-Malta Football Association rebaħ it-tournament annwali ta’ Boxing Day li jsir bejn l-istess staff tal-MFA, ir-referees lokali, il-ġurnalisti sportivi u l-kowċis lokali.

 

L-MFA rebħu t-tliet partiti tagħhom bi skors konvinċenti ħafna ta’ 2-1 kontra l-kowċis, 7-1 kontra r-referees u 5-3 kontra l-ġurnalisti għal total impressjonanti ta’ 14-il gowl minn tliet partiti.

 

L-14-il gowl tal-MFA ġew skurjati minn Peter Pullicino (4), Simon Agius (3), Karl Sciortino (4), Matthew Paris (1), Adrian Camilleri (1), u Angelo Chetcuti (1). M’hemmx dubju li Pullicino u Sciortino kienu protagonisti f’kull partita li lagħbu u taw ċertezza kull darba li kellhom il-pussess tal-ballun.

 

Il-plejers li ħadu sehem fit-tim tal-MFA kienu; Charles Sciberras, Adrian Camilleri, Matthew Paris, Angelo Chetcuti, Simon Agius, Peter Pullicino, Karl Sciortino, Mark Gatt, Noel Turner, Silvio Vella u Noel Turner. Il-kowċ kien Robert Gatt.

 

F’dan it-tournament inġabru 10euros minn dawk kollha preżenti biex tingħata donazzjoni lill-Istrina. Is-somma finali miġbura kienet ta’ 925euro.

 

L-Eċċellenza Tagħha, Marie Louise Coleiro Preca, President ta’ Malta, għamlet viżita ta’ kortesija fis-Centenary Stadium biex issellem u tirringazzja lil dawk kollha preżenti.  


Official Sponsors
Commercial Partners