


L-appuntament annwali tal-għada tal-Milied, f’Boxing Day, b’tournament fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, se jerġa’ jsir u għal din is-sena se jipparteċipaw fih erba’ timijiet minn oqsma differenti tal-futbol Malti.
It-timijiet li se jipparteċipaw huma; MFA Staff, il-kowċis lokali, ir-referees lokali u l-ġurnalisti lokali. Il-partiti se jintlagħbu fid-9.00am, fl-10.00am u fil-11.00am u s-Centenary Stadium se jinfetaħ għall-pubbliku bid-dħul ikun mingħajr ħlas.
Kull donazzjoni għall-Istrina hi apprezzata, tant li kull min se jilgħab f’dan it-tournament se jagħti donazzjoni għal din il-kawża ġusta.
Intant, it-tim tal-istaff tal-MFA, se jkun magħmul minn dawn il-plejers:
Norman Darmanin Demajo (President), Dr Angelo Chetcuti (Segretarju Ġenerali), Dr Matthew Paris (Viċi President), Ivan Mizzi (Teżorier), Kurt Loporto (Deputat Teżorier), Dr Adrian Camilleri (Prosekutur tal-MFA), Karl Sciortino (Uffiċjal fl-uffiċju tar-reġistrazzjonijiet), Ernest Frendo (Uffiċjali fl-uffiċju tal-finanzi), Silvio Vella (kowċ nazzjonali ta’ taħt il-21 sena), Mark Gatt (kowċ nazzjonali tat-tim tan-nisa), Noel Turner (kowċ nazzjonali tat-tim ta’ taħt is-17-il sena), Peter Pullicino (kowċ nazzjonali tat-tim tal-futsal), Charles Sciberras (kowċ tat-tim nazzjonali tal-gowlkipers), Simon Agius (kowċ nazzjonali tal-gowlkipers tat-tim ta’ taħt il-21 sena).
Kowċ – Robert Gatt (Direttur Tekniku)
Kit Manager – Paul Schembri (kit manager tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena)
Physio – Aaron Ancilleri (Physio tat-tim nazzjonali A u ta’ taħt il-21 sena)
Media Officer – Mark Attard (Media Officer tal-Assoċjazzjoni u tat-timijiet nazzjonali)
