Archives

Mosta FC vs Birkirkara FC - Posposta

Published: 18-12-2016 00:55
image1 (102)
Il-Malta Football Association tavża li minħabba direttiva li ħarġet mill-Malta Football Referees Association (MFRA), li tgħid li l-ebda uffiċjal membru tagħha m’għandu jirreffja l-partita ta’ Mosta FC f’dan il-weekend, il-partita mill-BOV Premier League bejn Mosta FC u Birkirkara FC li kellha tintlagħab il-Ħadd 18 ta’ Diċembru fil-Hibernians Stadium, f’Kordin, fl-4.00pm, ġiet posposta. L-MFA tavża meta se tintlagħab din il-partita fil-jiem li ġejjin. L-MFA tesprimi diżappunt għall-fatt li kellha tirrikorri għal dan il-posponiment minħabba din lazzjoni unilaterali u tiskuża ruħha għall-inkonvenjent tal-klabbs u l-partitarji involuti.