Fl-ewwel partita ta' ħbiberija minn tnejn li ntlagħbet illum kontra l-Andorra, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa, ħareġ rebbieħ u bl-unuri kollha għax iddomina l-partita u rebaħ 3-0 kontra l-Andorra. Il-gowls tal-Maltin ġew skurjati minn Rachel Cuschieri fl-34 minuta, Ylenia Carabott fid-39 minuta u Brenda Borg fit-53 minuta. It-tieni partita ta' ħbiberija bejn iż-żewġ timijiet tintlagħab il-Ħamis fis-2.00pm fis-Centenary Stadium.
Malta lagħbet b'din il-formazzjoni: Rachael Borg, Stephanie Farrugia, Charlene Zammit ©, AnnMarie Said (Alishia Sultana 46') , Jade Flask (Rebecca Bajada 73'), Emily Pace (Charlene Cassia 46'), Gabriella Zahra (Kim Paris 58'), Shona Zammit, Brenda Borg (Emma Xuereb 62') , Rachel Cuschieri, Ylenia Carabott (Martina Borg 46'). Kowċ: Mark Gatt