Archives

Futbol tan-nisa: Malta vs Andorra, illum fis-6.00pm

Published: 22-11-2016 15:40
image1 (102)
Illum, it-tim nazzjonali Malti tan-nisa, jilgħab l-ewwel minn żewġ partiti ta' ħbiberija kontra l-Andorra, fis-Centenary Stadium, f'Ta' Qali. It-tieni partita tintlagħab il-Ħamis li ġej fis-2.00pm. Ir-referee taż-żewġ partiti se tkun is-Sinjura Maria Marotta mill-Federazzjoni Taljana. Id-dħul għal dawn iż-żewġ partiti se jkun mingħajr ħlas. L-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku sportiv Malti biex jagħti l-appoġġ lit-tim nazzjonali Malti.