Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jerġa’ jingħaqad għal kontra l-Iżlanda
Nov 13, 2016
Posted in:
General
National Team
WC 2022 QUALIFIERS
Friendlies
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

 Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti u l-kontinġent sħiħ reġa’ nġabar f’irtir għat-tieni darba fi ftit jiem, din id-darba biex it-Tlieta li ġej jilgħab partita ta’ ħbiberija fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, kontra l-Iżlanda. Din se tkun it-tieni partita għal Malta fi ftit jiem wara t-telfa minima ta’ 1-0 kontra s-Slovenja, il-Ġimgħa filgħaxija.

 

Għal din il-partita, hemm bidla waħda fit-tim, dik ta’ Zach Muscat li ngħaqad mal-klabb tiegħu Arezzo Calcio fl-Italja u postu ħadu Daniel Zerafa, plejer ta’ Tarxien Rainbows FC.

 

Din kienet it-tieni sessjoni wara dik recovery tal-bieraħ filgħodu.

 

Għada ssir sessjoni oħra fil-5.00pm u fl-4.30pm, Pietro Ghedin jagħti konferenza oħra lill-media lokali qabel il-partita tat-Tlieta.

 

Il-partita ta’ għada tista’ tidħol fl-Istorja personali tal-captain tat-tim nazzjonali Malti Michael Mifsud li jekk jilgħab ikun ifisser li sar l-aktar plejer Malti li libes il-flokk nazzjonali, eżattament 123 darba. David Carabaott kien ilu jżomm dan ir-rekord ta’ 122 partita għal snin sħaħ.


Official Sponsors
Commercial Partners