Malta Football Association
NEWS:
Paul Fenech iżur it-taħriġ ta’ Malta
Nov 13, 2016
Posted in:
General
National Team
WC 2022 QUALIFIERS
Friendlies

Mark Attard, Media Officer

 

Paul Fenech, il-midfielder internazzjonali Malti ta’ Balzan FC, is-Sibt filgħodu żar it-taħriġ tat-tim nazzjonali Malti u sellem lil sħabu fit-tim wara l-wirja pożittiva li taw kontra s-Slovenja.

 

Fenech kien għadu qed jirritorna mill-Ingilterra fil-lejl ta’ qabel wara operazzjoni li għamel u li żammitu barra mill-għażla ta’ Ghedin għal dawn iż-żewġ partiti.

 

Hu segwa lil sħabu miż-żona VIP tal-Istadium Nazzjonali iżda ma naqasx li jiġi jsellmilhom fl-ewwel sessjoni ta’ wara l-partita.

 

F’kumment li ta lil dan is-sit, Fenech qal: “Ninsab aħjar u diġa’ qed inħossni nirkupra bil-mod. Il-futbol parti minn ħajti u dawn l-affarijiet parti mill-futbol ukoll. Nispera ma ndumx ma nerġa’ lura.”


Official Sponsors
Commercial Partners