Archives

Malta 0 vs Slovenja 1

Published: 12-11-2016 12:40
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
Mark Attard, Media Officer Malta tilfet ir-raba' partita minn Grupp F kontra s-Slovenja bi skor minimu ta' 1-0, f'partita li sal-ewwel taqsima stajna faċilment niskurjaw il-gowl tal-vantaġġ, iżda għal darb'oħra l-fortuna ma kinitx fuq in-naħa tagħna. Is-Slovenja kellhom l-aktar mill-pussess tal-ballun iżda fl-ewwel taqsima resqu darbtejn biss lejn il-lasti ta' Malta, darba kkonkludew barra u fit-tieni darba kienu tliet mirakli ta' Hogg f'azzjoni waħda li żemmew l-iskor 0-0. Il-Maltin kienu ferm li jiskurjaw darbtejn lejn tmiem l-ewwel taqsima. L-ewwel darba wara cross ta' Michael Mifsud li Luke Gambin daħal jantiċipa nofs sekonda tard u ma laħaqx tefa' fix-xibka. Fit-tieni azzjoni, xutt ta' Gambin kien imblukkat minn Oblak b'titjira tajba u mir-rebound, b'goalkeeper fl-art, Andre Schembri tefa' ftit ogħli. Il-gowl tar-rebħa tas-Sloveni kien skurjat wara 80 sekonda fit-tieni taqsima minn Verbic. Fil-verita' kienu l-uniku ftit sekondi li fihom il-Maltin dehru distratti.  Malta tilgħab partita oħra kontra l-Iżlanda t-Tlieta li ġej. Din tkun partita ta' ħbiberija. Formazzjonijiet Malta - Hogg, Magri, Zerafa, Sciberras, Agius, Mifsud (Farrugia 77), Gambin, Muscat R., Schembri, Camilleri (Borg 68), Muscat Z. Slovenia - Oblak, Skubic, Samardzic, Cesar, Krhin, Ilicic, Kurtic, Birsa (Omladic 71), Novakovic (Sporar 83), Trajkovski (Jovic 63), Verbic Referee - Pawel Raczkowski (Polonja)