Archives

Darmanin Demajo jiltaqa’ mal-plejers nazzjonali

Published: 10-11-2016 21:30
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
 Mark Attard, Media Officer Norman Darmanin Demajo, il-President tal-Malta Football Association, illum wara nofsinhar iltaqa’ mal-plejers kollha tat-tim nazzjonali Malti, f’laqgħa fil-privat li kellu fil-lukanda fejn it-tim jinsab alloġġjat qabel il-partita ta’għada kontra s-Slovenja. F’laqgħa ta’ kważi siegħa, Darmanin Demajo u l-plejers nazzjonali tkellmu fuq diversi issues li jduru mal-futbol Malti u mat-tim nazzjonali Malti. Il-laqgħa kienet waħda fil-privat u fiha kien hemm preżenti biss il-plejers nazzjonali, il-President u Dr Angelo Chetcuti, is-Segretarju Ġenerali.