Malta Football Association
NEWS:
L-aħħar sessjoni ta' taħriġ qabel il-partita tal-lejla
Oct 11, 2016
Posted in:
General
National Team
WC 2022 QUALIFIERS
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti, dalgħodu kellu l-aħħar sessjoni ta' taħriġ f'LFF Stadium, f'Vilnius, qabel il-partita tal-lejla minn Grupp F tal-Grupp ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018, fir-Russja.

 

Is-sessjoni kienet ta' ftit inqas minn siegħa u li fiha Ghedin u Farrugia komplew jiċċaraw l-ideat u neħħew id-dubju etgħu eżistew fuq l-ewwel ħdax li se jibdew il-partita llejla.

 

Il-partita se tintlagħab fl-9.45pm, ħin lokali, u dan ikun 8.45pm, Ħin Ċentrali Ewropew, hekk kif tirrikjedi r-regola tal-UEFA. 

 

It-temperatura hi waħda kiesħa għall-aħħar ta' bejn 6 u 7 gradi matul il-ġurnata, iżda llejla, waqt il-ħin tal-partita, mistennija tinżel bejn 2 u 4 gradi. 

 

Ir-referee tal-partita se jkun Gil Manzano mill-Federazzjoni Spanjola. 


Official Sponsors
Commercial Partners