Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jitħarreġ f’LFF Stadium, f’Vilnius
Oct 10, 2016
Posted in:
General
National Team
WC 2022 QUALIFIERS
Ritratti: Paul Zammit Cutajar
Ritratti: Paul Zammit Cutajar

  • Ritratti: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti, dalgħodu, fl-10.30am ħin lokali, tħarreġ għall-ewwel darba fil-Litwanja, proprju f’LFF Stadium, f’Vilnius, l-istess stadium tal-Federazzjoni Litwana li għada se tintlagħab il-partita minn Grupp G, bejn il-Litwanja u Malta. Il-wiċċ tal-pitch hu wieħed sintetiku u l-istadium jesa’ ftit aktar minn 5,000 spettatur.

 

It-tim nazzjonali Malti kellu sessjoni ta’ ftit iktar minn siegħa fejn fiha, l-preparatur atletiku Luca Pagani ħadem fuq il-parti fiżika tal-plejers mentri Pietro Ghedin u Ray Farrugia dehru l-ħin kollu janalizzaw it-taħriġ, li iktar ’il quddiem inbidel fit-tattika ta’ għada u beda jkun wieħed intensiv.

 

Il-partita ta’ għada se tkun it-tielet waħda minn Grupp F għal Malta. Il-partita ta’ għada tibda fid-8.45pm, ħin ta’ Malta, u tixxandar diretta fuq TVM 2.


Official Sponsors
Commercial Partners