Archives

BOV Premier - Posposti l-partiti tal Hibernians Stadium

Published: 25-09-2016 15:30
image1 (102)
 Il-Malta Football Association tavża li ż-żewġ partiti mill-Kampjonat BOV Premier li kellhom jintlagħbu llum fil-Hibernians Stadium, f’Kordin, tħassru minħabba l-maltemp li laqat lil pajjiżna fl-aħħar sigħat. Balzan FC vs Gzira Utd FC, li kellha tintlagħab fis-6.00pm, se tintlagħab għada, fl-istess ħin, fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun. Pembroke Athleta FC vs Birkirkara FC, li kellha tintlagħab fit-8.00pm, se tintlagħab għada, fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun, fit-8.15pm. L-MFA tavża li l-partiti li kellhom jintlagħbu fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, bejn illum u għada, se jsiru kollha kif kien programmat. L-MFA tiskuża ruħa għal kull inkonvenjent.