Archives

Malta 1 vs Skozja 5

Published: 05-09-2016 00:25
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
Mark Attard, Media Officer It-tim nazzjonali Malti sofra telfa ta' 5-1 kontra l-Iskozja fl-ewwel partita mill-Grupp ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018 fir-Russja. Ir-riżultat jinganna lil min ma kienx preżenti fl-Istadium Nazzjonali, jew ma rax il-partita fuq it-TV, iżda fil-verita' il-Maltin temmew l-ewwel taqsima bi skor ta' 1-1 meta Alfred Effiong kien ġab il-gowl tad-draw wara ħasda kmieni. Fit-tieni taqsima, l-Maltin sofrew minn tkeċċija kmieni ta' Jonathan Caruana, penalty kontra, gowl offside ċar u tkeċċija oħra ta' Luke Gambin, bil-konsegwenza li l-Iskoċċiżi skurjaw erba' darbiet.  Rapport dettaljat tal-partita jittella' hawn fis-sigħat li ġejjin.