Malta Football Association
NEWS:
Sessjoni 'recovery' għall-iskwadra nazzjonali
Aug 27, 2016
Posted in:
General
National Team
WC 2022 QUALIFIERS
Friendlies
Ritratt: Paul Zammit Cutajar (PZC)
Ritratt: Paul Zammit Cutajar (PZC)

  • Ritratt: Paul Zammit Cutajar (PZC)
  • Ritratti: Domenic Aquilina (DA)
  • DA
  • DA
  • DA
  • PZC
  • PZC
  • PZC
  • PZC
  • PZC
  • PZC
  • PZC

Mark Attard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Pietro Ghedin, iltaqgħa għall-ewwel darba dalgħodu wara kważi tliet xhur biex jibda t-tħejjija għaż-żewġ partiti li jmiss, kontra l-Estonja u kontra l-Iskozja.

 

Is-sessjoni ta' dalgħodu kienet immexxija l-aktar minn Luca Pagani, il-physical trainer, li ħadem sew fuq il-fiżika tal-plehers fil-preżent, filwaqt li Charles Sciberras ħa ħsieb is-sessjoni tal-goalkeepers.

 

Ghedin u Ray Farrugia dehru għal ħafna ħin jiddiskutu bejniethom u josservaw il-plejers kollha, wisq probabbli jagħtu pariri lil xulxin fuq min jista' jilgħab dawn il-partiti u x'tattika se tintuża.

 

L-iskwadra nazzjonali terġa' titħarreġ għada fit-8.30am u t-Tnejn kmieni filgħodu l-kontinġent jaqbad it-triq lejn l-Estonja.

 

Il-kontinġent jidħol lura f'Malta l-Ħamis u l-Ħadd tintlagħab il-partita kontra l-Iskozja. Fuq dan kollu saret konferenza ftit tal-ħin wara t-taħriġ u li fiha ndirizzaw lill-media Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-MFA u Pietro Ghedin, kowċ nazzjonali u Roderick Briffa, plejer nazzjonali.


Official Sponsors
Commercial Partners