Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jibda jingħaqad għada
Aug 26, 2016
Posted in:
General
National Team
WC 2022 QUALIFIERS
Friendlies
Ritratt: Paul Zammit Cutajar
Ritratt: Paul Zammit Cutajar

 

Mark Attard, media officer

 

It-tim nazzjonali Malti, immexxi minn Pietro Ghedin, jibda jingħaqad minn għada filgħodu bi tħejjija għaż-żewġ partiti li ġejjin, dik ta’ ħbiberija kontra l-Estonja f’Parnu, l-Erbgħa 31 ta’ Awwissu, fis-6.30pm u kontra l-Iskozja, fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, il-Ħadd 4 ta’ Settembru fid-8.45pm, li tkun l-ewwel partita valida minn Grupp F ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018, fir-Russja.


 

L-ewwel sessjoni ta’ għada tkun waħda ‘recovery’, b’konferenza stampa eżatt wara għal ħabta tal-10.00am. Sessjoni oħra ‘recovery’ issir il-Ħadd u dawn iż-żewġ sessjonijiet jibdew fit-8.30am.

 

Il-kontinġent Malti jħalli pajjiżna t-Tnejn kmieni filgħodu għal ħabta tat-7.45am, f’titjira diretta lejn Amsterdam, l-Olanda, biex minn hemmhekk jaqbad titjira oħra lejn Talinn, l-Estonja fejn il-kontinġent mistenni jasal għal ħabta tat-8.00pm.

 

It-Tlieta 30 ta’ Awwissu, it-tim jitħarreġ fl-4.30pm u jerġa’ jitħarreġ l-Erbgħa filgħodu għal ħabta tal-10.00am. Il-partita kontra l-Estonja tintlagħab filgħaxija u tibda fis-6.30pm, f’Linna Stadium, f’Parnu. Wara l-partita, it-tim jivjaġġa lejn Talinn, jieqaf għal ftit mistrieħ u fis-7.30am, jerġa’ jibda l-vjaġġ lura lejn Malta fejn għal ħabta tal-4.00pm, ikolli sessjoni oħra ta’ taħriġ ‘recovery’.

 

Sessjoni oħra ta’ taħriġ issir il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru għal ħabta tal-5.00pm. Sakemm is-Sibt 3 ta’ Settembru issir il-konferenza stampa uffiċjali fl-4.30pm u t-taħriġ uffiċjali għal ħabta tal-5.00pm.

 

It-tim nazzjonali jkollu l-aħħar sessjoni l-Ħadd 4 ta’ Settembru fl-10.00am u filgħaxija, fid-8.45pm, tintlagħab il-partita kontra l-Iskozja.

 

Għal din il-partita, jidher li hawn stennija kbira mal-pajjiż kollu. Aktar minn 4,000 biljett inbiegħu lill-Iskoċċiżi u fadal ftit postijiet vojta f’setturi oħra. Għaldaqstant, mhux eskluż li l-Istadium Nazzjonali jkun mimli kollu.

 

L-MFA tħeġġeġ lill-pubbliku sportiv Malti biex jiġi jagħti l-appoġġ lit-tim nazzjonali Malti. 

Official Sponsors
Commercial Partners