Archives

UEFA EL: Birkirkara FC 0 Hearts FC 0

Published: 15-07-2016 11:05
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
Birkirkara FC temmew l-ewwel leg tat-tieni rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League fi draw ta' 0-0 kontra Hearts FC tal-Iskozja.  B'hekk wieħed jista' jgħid li s'issa, il-klabb Malti għadu bla telfa f'din il-kompetizzjoni, mit-tliet partiti li lagħab s'issa. L-atmosfera u l-folla li attendew fil-Hibernians Stadium, f'Kordin, ilbieraħ kienet waħda mill-isbaħ u l-partita kienet maqsuma bejn iż-żewġ naħat li fl-ebda mument ma kien hemm xi dimonju minn xi ħadd. Birkirkara jilagħbu t-tieni leg f'Edinburgh l-Ħamis li ġej. L-aktar importanti li f'partita Ewropa tat-tieni rawnd, klabb Malti għadu b'ċans li jikkwalifika wara l-ewwel leg.