Archives

Awstrija vs Malta, illejla fit-8.30pm

Published: 31-05-2016 11:10
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
Mark Attard, Media Officer It-tieni u l-aħħar partita ta’ ħbiberija ta’ dan it-training camp għat-tim nazzjonali Malti tintlagħab illejla fit-8.30pm u tixxandar b’mod dirett u esklussiv fuq TVM 2.  It-tim nazzjonali Malti tħarreġ għall-aħħar darba dalgħodu f’pitch viċin il-lukanda fejn jinsab alloġġjat. Is-sessjoni ħadet ftit aktar minn nofs siegħa u fiha, Pietro Ghedin, ta indikazzjoni ta’ min jistgħu jkunu dawk li jibdew din il-partita. Is-sessjoni tal-lum kienet tikkonsisti l-iktar fuq ix-shape tat-tim u biex ma jergħux jirrepetu ruħhom ċerti żbalji banali li saru kontra r-Repubblika Ċeka. Għal kumplament tal-ġurnata, il-plejers nazzjonali issa reġgħu lura fil-lukanda fejn 12.30pm issir l-ikla ta’ wara nofsinhar. It-tim jistrieħ fil-kmamar sal-430pm u wara jsir l-aħħar team meating qabel ma l-kontinġent sħiħ iħalli l-lukanda lejn il-Worthersee Stadium. Il-Worthersee Stadium jesa’ ftit aktar minn 30,000 spettatur u sal-bieraħ kienu nbiegħu aktar min-nofs il-biljetti tad-dħul. Il-kontinġent Malti jerġa’ lura f’Malta l-Ħamis filgħaxija.