


Mark Attard, Media Officer
L-Eċċellenza Tiegħu Keith Azzopardi, Ambaxxatur Malti fl-Awstrija, dalgħodu żar is-sessjoni ta' taħriġ li saret fil- ġurnata qabel il-partita ta' għada kontra l-Awstrija fil-Worthersee Stadium.
Is-Sur Azzopardi ntlaqa' minn Ivan Vella, it-Team Manager tal-iskwadra nazzjonali, u qagħad josserva ftit it-taħriġ ta' Pietro Ghedin, il-kowċ nazzjonali.
Ghedin sab il-ħin biex jieqaf għal ftit ħin u jirringrazzja lil Azzopardi tal-ġest ferm sabiħ li kien għadu kemm għamel li ddedika ftit ħin mix-xogħol tiegħu biex jiġi jżur lit-tim nazzjonali Malti.
Il-Malta Football Association tirringrazzja lis-Sur Keith Azzopardi. Ambaxxatur Malti fl-Awstrija, tal-interess li wera fit-tim nazzjonali Malti.
