Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jasal f'Villach
May 29, 2016
Posted in:
General
Ritratt: Joe Borg
Ritratt: Joe Borg

Mark Atttard, Media Officer

 

It-tim nazzjonali Malti, ftit tal-ħin ilu, wasal f'Villach, l-Awstrija, it-tieni lokalita' tiegħu f'dan it-training camp ta' ftit aktar minn ġimgħa. Malta tilgħab it-tieni partita ta' ħbiberija t-Tlieta 31 ta' Mejju fid-8.45pm fil-Worthersee Arena, f'Klagenfurt.

 

Il-kontinġent tħarreġ dalgħodu għall-aħħar darba f'Worgl, fejn kien alloġġjat sal-lejl li għadda biex wara l-ikla ta' 12.00pm, għal ħabta tas-1.30pm, beda vjaġġ pjuttost twil ta' erba' sigħat. 

 

It-triq bejn Worgl u Villach hi kważi kollha kemm f'nofs il-muntanji u s-siġar u n-natura sabiħa li jaf joffri pajjiż bħall-Awstrija. 

 

Il-kumplament tal-programm tal-lejla se jkun wieħed ħafif bl-ikla ta' filgħaxija u serħan fil-kmamar biex minn għada filgħodu jerġa' jibda s-solitu taħriġ intensiv li se jwassal għall-partita tat-Tlieta li ġej.

 

Awstrija vs Malta tixxandar dirett fuq TVM 2.

 


Official Sponsors
Commercial Partners