


Illejla, fis-6.00pm, Malta tilgħab partita ta' ħbiberija kontra r-Repubblika Ċeka. Din se tkun l-ewwel partita minn sensiela ta' tlieta ta' ħbiberija li t-tim nazzjonali Malti se jilgħab qabel l-ewwel partita tal-Grupp ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018.
Fil-partita tal-lejla, Pitero Ghedin se jkollu ċans jesperimenta aktar fuq il-grupp ta' plejers li sejjaħ li fih għandu diversi żgħażagħ li telgħu mit-tim ta' taħt il-21 sena.
It-tim nazzjonali jinsab fl-Awstrija u jilgħab it-tieni partita tiegħu ta' ħbiberija t-Tlieta li ġej kontra l-istess Awstrija.
Il-partita tal-lejla se tixxandar diretta fuq TVM 2.
