Archives

Finali tal-Futsal tal-iskejjel tas-subien 2015-2016

Published: 13-05-2016 14:20
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
 Il-fażi finali tal-kompetizzjoni tal-Futsal għall-iskejjel tas-subien, li ntlagħbet fit-12 ta’ Mejju, fil-Padiljun tal-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians kienet organizzata mill-Isport Promotion Unit (SPU) fi ħdan SportMalta u d-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards tal-Edukazzjoni (DQSE) flimkien mad-Dipartiment tal-Grassroots fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-Malta Football Association (MFA). L-iskejjel li kkwalifikaw għall-fażi finali kienu; l-Iskola Nazzjonali tal-Isport, is-Seminarju tal-Arċisqof tal-Virtu’, l-Iskola Sekondarja taż-Żokrija, Mosta (Kulleġġ Marija Regina) u l-Iskola St Michael’s Qormi. Il-logħob kien akkanit, veloċi, pjaċevoli u ta’ livell għoli.  Ir-referees ikkontrollaw il-logħob bla diffikulta’ u faħħru l-imġieba korretta tal-plejers kollha.   Il-klassifika finali taqra hekk:SkwadraTotalKlassifikaSkola Nazzjonali tal-Isport71Skola St Michael’sQormi62Skola Sekondarja taż-Żokrija43Seminarju tal-Arċisqof tal-Virtu’04  Ingħata wkoll premju għall-Fair Play, fejn is-subien urew imġieba sportiva tajba ħafna.Il-klassifika tal-Fair Play hija din:SkwadraTKlassifikaSeminarju tal-Arċisqof tal-Virtu’291Skola Nazzjonali tal-Isport262Skola Sekondarja taż-Żokrija253Skola San Mikiel Qormi224  L-organizzaturi jirringrazzjaw lill-parteċipanti mill-iskejjel kollha, l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians li ġentilment provdew il-faċilitajiet tagħhom, Futsal Malta Association (FMA), TeamSport u GSD Marketing Ltd. tal-għajnuna materjali tagħhom.L-MFA u l-entitajiet Edukattivi u Sportivi jittamaw li l-parteċipazzjoni tal-iskejjel tkompli tiżdied biex dan it-tournament ikompli jikber u jgħin ikattar il-Futsal.