Archives

Kondoljanzi – Ronald Naudi

Published: 09-05-2016 09:50
image1 (102)
 Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt ta’Ronald Naudi, eks-President ta’ Pembroke Athleta FC u Membri tal-Kunsill f’isem l-istess klabb, lura fl-1994. Is-Sur Naudi kien ukoll eks-plejer tal-futbol mal-klabb ta’ Melita FC. Is-Sur Naudi jibqa’ mfakkar bħala raġel ta’ eżempju li ħadem ħafna għall-ġid tal-futbol f’pajjiżna. L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Naudi f’mument daqstant diffiċli.