Malta Football Association
NEWS:
It-tim nazzjonali jiltaqa' mal-Ambaxxatriċi Maltija għall-Italja
Mar 2, 2016
Posted in:
General
Fanzone

 

It-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena, iktar kmieni matul il-ġurnata tal-lum, kellu viżita ta' kortesija fl-uffiċini tal-CONI, f'Ruma, fejn hemmhekk saret iċ-ċerimonja tal-ftuħ tat-tournament Rama Caput Mundi. F'din il-viżita, il-kontinġent Malti kellu l-unur jiltaqa' mal-Eċċellenza Tagħha, Vanessa Frazier, l-Ambaxxatriċi Maltija għall-Italja.

 

Il-CONI hu l-Kumitat Olimpiku Taljan li fi ħdan għandu membri kważi l-Assoċjazzjonijiet Sportivi kollha tal-Italja. Għal din il-laqgħa kienu mistiedna t-timijiet u l-organizzaturi kollha li għandhom x'jaqsmu ma' dan it-tournament li qed isir fil-mument.

 

Il-kontinġent Malti kien immexxi minn Jesmond Abela, Team Manager tal-iskwadra u minn Stephen Abela, Membru tal-Kunsill ta' Naxxar Lions FC, il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija.

 

Fl-ewwel żewġ partiti, it-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Wayne Attard kellu telfa u rebħa wara l-ogħti tal-penalties u riżultati finali ta' 0-0. Fl-ewwel partita, Malta tilfet kontra l-Albanija iżda rebaħ fit-tinei partita kontra C.R. Lazio.

 

L-aħħar partita ta' Malta tintlagħab għada kontra Wales fit-3.00pm.

 


Official Sponsors
Commercial Partners