Archives

Darmanin Demajo jitfa’ l-vot ta’ Malta

Published: 26-02-2016 15:05
image1 (102)
 Ftit tas-sekondi ilu, fi Zurich, l-Isvizzera, Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association, tefa’ l-vot ta’Malta. Dan il-vot se jkun wieħed minn 209 madwar id-dinja li se jiddeċiedi min se jmexxi l-FIFA fis-snin li ġejjin. Iż-żewġ favoriti għal din l-elezzjoni jidhru li huma Salman Bin Ibrahim Al-Khalifa u Gianni Infantino. Iż-żewġ kontestanti l-oħa li qed jipparteċipaw f’din l-elezzjoni huma l-Prinċep Ali Al Hussein U jerome Champagne. Oriġinarjament, il-kontestanti kellhom ikunu ħamsa iżda Tokyo Sexwale, irtira l-kandidatura tiegħu ftit sekondi qabel ma beda l-proċess tal-voti. Biex jinħatar President tal-FIFA jeħtieġ li xi kandidat iġib iż-żewġ terzi tal-voti tal-Kamra. Jekk dan ma jseħħx issir it-tieni rawnd tal-elezzjoni u hawnhekk wieħed ikun meħtieġ il-50% u wieħed tal-voti tal-Kamra. Darmanin Demajo qed ikun akkumpanjat minn Bjorn Vassallo u Ivan Mizzi, Segretarju Ġenerali u Teżorier tal-MFA.