Archives

Malta vs Awstrija, illum 1.15pm: Futbol Nisa U/16's

Published: 09-02-2016 09:35
image1 (102)
 Illum, fis-1.15pm, tintlagħab it-tielet u l-aħħar partita mill-UEFA European Girls Youth Under 16 Development Mini-Tournament li qed isir f’pajjiżna, fejn Malta tilgħab kontra l-Awstrija fis-1.15pm. Il-partiti tal-lum jintlagħbu fil-Luxol Stadium, f’St. Andrews. It-tim nazzjonali Malti beda fuq nota mill-iktar pożittivi meta fl-ewwel partita li ntlagħbet il-Ġimgħa ħareġ rebbieħ kontra l-Leichteinstein bi skor ta’ 1-0. Bl-istess skor tilef it-tieni partita kontra l-Azerbaijan il-Ħadd li għadda. Illum se jkun l-aħħar test għat-tim immexxi minn Dorianne Theuma u Charlene Zammit. Il-pubbliku sportiv Malti mistieden jattendi u jagħti l-appoġġ tiegħu lit-tim Malti. L-ewwel partita bejn Liechtenstein u l-Azerbaijan tibda fl-10.30am, fil-Luxol Stadium, f’St. Andrew’s u tkun ikkontrollata mir-referee Daniel Portelli. Il-partita bejn Malta u l-Awstrija tkun ikkontrollata mir-referee Shaun Calleja.