Archives

Kunsill MFA...Frar 2016

Published: 03-02-2016 13:30
image1 (102)
Mark Attard, Media Officer Norman Darmanin Demajo, President tal-Malta Football Association, fetaħ il-Kunsill billi fakkar f'David Bianchi, eks-membru tal-Kunsill f'isem St. Andrew's FC u li sa ftit tax-xhur ilu kien ikun bilqiegħda fostna."Mhux faċli titlef lil xi ħadd li jkun dejjem magħna, aktar u aktar meta titlef lil xi ħadd li għalija kien ħabib sinċier li ta ħafna lill-futbol Malti."Il-Kamra waqfet għal ftit sekondi ta' silenzju.  Il-President tal-MFA qal li l-laqgħat li kellu ma' Pietro Ghedin kienu kordjali ħafna u ma tantx ħadu ħin biex ikkonkludew fuq kuntratt ġdid. Darmanin Demajo qal li fl-opinjoni tiegħu u ta' kulħadd, Ghedin għamel xogħol kbir f'dawn l-aħħar snin u l-konferma tiegħu kienet l-aħħar ħaġa li l-Assoċjazzjoni setgħet tagħmel.Il-President tal-MFA ikkonferma li t-tim nazzjonali A se jilgħab erba' partiti ta' ħbiberija qabel l-ewwel partita kontra l-Iskozja tal-4 ta' Settembru 2016, fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali, valida mill-Grupp ta' Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018. Dawn il-partiti huma kontra l-Moldova fl-24 ta' Marzu 2016, fl-Istadium Nazzjonali, f'Ta' Qali; kontra r-Repubblika Ċeka u l-Awstrija fis-27 u fil-31 ta' Mejju, fi training camp li t-tim nazzjonali se jkun qed jagħmel fl-Awstrija stess, u kontra l-Estonja, f'Talinn, fil-31 ta' Awwissu. Bjorn Vassallo qal li l-MFA rċiviet ittra mingħand Naxxar Lions FC u ġie notifikat li David Vella irriżenja minn President u minfloku inħatar Pierre Sciberras. Valletta FC resqu mozzjoni fuq problema li nqagħlitilhom fuq il-plejer mill-Kolumbja Mario Alberto Rodriguez. Ġara li Valletta FC daħlu l-karti tar-reġistrazzjoni b'mod regolari fl-MFA biex il-plejer isir tagħhom, iżda l-permessi kollha rekkwiżiti mill-Kolumbja u mill-FIFA daħlu fl-MFA ftit aktar minn siegħa wara li għalaq is-suq tat-trasferiment f'pajjiżna. Għaldaqstant, l-MFA ma setgħetx taċċetta din ir-reġistrazzjoni jekk mhux bl-approvazzjoni tal-Kunsill tal-MFA. Darmanin Demajo qal li dan hu każ ġenwien li seta' jiġri lil kulħadd. Fil-kamra ssemma l-possibbilta' li għal darbtejn fis-sena, fil-ġranet ta' meta jingħalaq is-suq tat-trasferimenti, l-MFA tibqa' miftuħa sa 12.00am, biex ma jkunx hemm problemi aktar bħal dawn mal-ebda klabb fil-futur. Il-mozzjoni ta' Valletta FC intlaqgħet u ma sabet lil ħadd kontrija, u sitt astensjonijiet biss.  Darmanin Demajo qal li l-MFA irċiviet korrispondenza mill-Kumitat tal-Etika li Sepp Blatter u Michel Platini ġew sospiżi għal tmien snin minn kull attivita' tal-futbol fid-dinja. It-tnejn li huma appellaw minn din id-deċiżjoni. L-MFA irċiviet ittra mingħand Platini fejn fiha qal li kien qiegħed iwaqqa' l-kandidatura tiegħu għall-Presidenza tal-FIFA.Bjorn Vassallo qal li l-FIFA bagħtet notifika mill-MFA biex tfakkar li fis-26 ta' Frar 2016 se ssir l-elezzjoni għall-kariga ta' President tal-FIFA. Darmanin Demajo qal li l-MFA irċiviet notifika mingħand il-UEFA li għall-UEFA Development Tournament tas-subien ta' taħt is-16-il sena li se jsir f'pajjiżna fi żmien l-Għid li ġej, se tintroduċi r-regolament il-ġdid tas-Sin Bin. Is-Sin Bin hi karta bajda li plejer jintwera u li biha jitkeċċa għal tmien minuti.