Archives

Futbol tan-nisa: Malta 1 vs Latvja 1

Published: 21-01-2016 16:55
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
 It-tim nazzjonali Malti tan-nisa mmexxi minn Mark Gatt temm it-tieni partita tiegħu kontra l-Latvja bi skor finali ta’1-1. Din kienet it-tieni partita bejn dawn iż-żewġ naħat. Fl-ewwel konfront, Malta ħarġet rebbieħa bi skor ta’ 3-0.  Qabel bdiet il-partita, inżammet minuta silenzju b’rispett lejn David Bianchi, eks-Membru tal-Kunsill tal-MFA u li kien għadu jokkupa l-kariga ta’ Segretarju Ġenerali ta’ Luxol St. Andrew’s FC. Għal din il-partita, rajna tibdil żgħir fiż-żewġ formazzjonijiet inizzjali. Il-bqija ż-żewġ naħat preferew jibdew il-partita bl-istess tim u l-istess pjan. Il-Latvja deher tim aħjar minn dak ta’ jumejn ilu. Il-Maltin baqgħu l-aktar tim superjuri u marru fil-vantaġġ fil-45 minuta minn gowl ta’ Jade Flask. Meta kollox kien qed jidher li l-partita se tintemm hekk, wasal il-gowl tad-draw minuta fuq il-ħin regolari minn Liene Vaciete. Dawn il-partita swew ta’ ġid kbir għat-tim nazzjonali Malti li beda jippreparaw għall-partiti kompetittivi li jmiss. Il-formazzjonijiet kienu dawn:Malta – Xuereb, Zahra, Farrugia, Theuma, Carabott, Borg, Sammut, S. Zammit, Flask, C. Zammit, Giusti Latvja – Ibragimova, Spruntule, Girdza, Matisa, Ozola, Tile, Rocane, Voitane, Fedotova, Tamsone, Luse  Referee – Reelika Turi (Estonja FA)