Archives

FA Trophy: Xewkija Tigers FC vs Valletta FC...tibdil fl-istadium

Published: 06-01-2016 16:50
image1 (102)
 Il-Malta Football Association tavża li l-partita li kellha tintlagħab illum mit-Tielet Rawnd tal-FA Trophy bejn Xewkija Tigers FC u Valletta FC, fis-7.00pm, fil-Gozo Stadium, f’Għawdex, issa se tintlagħab fl-istess ħin, fil-Kerċem Ajax Stadium. Din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba l-maltemp li laqat lil pajjiżna fl-aħħar sigħat u bi qbil maż-żewġt iklabbs involuti.  L-MFA titlob skuża għal kull inkonvenjent li seta’ nħoloq.