Archives

Isir il-festin annwali tal-MFA tat-timijiet nazzjonali

Published: 22-12-2015 10:25
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
 It-Tnejn filgħaxija, sar il-festin annwali tal-Malta Football Association, li torganizza f'dawn iż-żminijiet ta' festi għall-plejers, staff tekniku u dawk il-persuni kollha li għandhom x'jaqsmu mat-timijiet nazzjonali ta' Malta. Għal dan il-festin kienu mistiedna l-plejers u l-istaff tekniku tat-tim nazzjonali A, tat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena, tat-tim nazzjonali tan-nisa u tat-tim nazzjonali tal-futsal. Bjorn Vassallo u Ludovico Micallef, Segretarju Ġenerali u Viċi President 'Anzjan' tal-MFA kienu preżenti għal dan il-festin.