Malta Football Association
NEWS:
L-FA Trophy titkompla bejn għada u l-Erbgħa
Dec 14, 2015
Posted in:
General
Cups & Competitions

 

Il-kompetizzjoni tal-Malta FA Trophy titkompla bejn għada t-Tlieta 15 ta’ Diċembru u l-Erbgħa 16 ta’ Diċembru fejn kollox jintlagħbu sitt partiti oħra mit-tielet rawnd. Il-partiti jintlagħbu fil-Victor Tedesco Stadium fil-Hamrun u fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali.

 

Għada fis-6.00pm fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun, tintlagħab il-partita bejn Swieqi Utd u St. Andrew’s u fit-8.15pm, iċ-champions Hibernians FC jilagħbu kontra Mosta FC. Din mistennija tkun waħda mill-isbaħ partiti f’dan it-tielet rawnd.

 

L-Erbgħa jkollna erba’ partiti. Fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun, Zebbug Rangers FC jilagħbu kontra Tarxien Rainbows FC mentri fit-8.15pm Vittoriosa Stars FC jilagħbu kontra Sliema Wanderers FC.

 

Fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, fis-6.00pm, Qormi FC jilagħbu kontra Għajnsielem FC u fit-8.15pm Naxxar Lions FC jilagħbu kontra Lija Athletic FC.

 

F’każ li l-partiti jispiċċaw fi draw, tingħata nofs siegħa ta’ ħin żejjed u eventwalment l-ogħti tal-penalties.


Official Sponsors
Commercial Partners