Malta Football Association
NEWS:
Illum l-FA Trophy: Birkirkara FC kontra Kirkop Utd FC
Dec 9, 2015
Posted in:
General
Cups & Competitions

 

Illejla tkompli l-kompetizzjoni FA Trophy b’erba’ partiti oħra fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali u fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun.

 

Birkirkara FC, ir-rebbieħa tal-FA Trophy fl-istaġun li għadda, se jiddefendu t-titlu f’din il-partita mit-tielet rawnd kontra Kirkop United FC. Il-partita tintlagħab fit-8.15pm fil-Ħamrun. Fis-6.00pm, qabilha, tintlagħab il-partita bejn Floriana FC u St. Laurence Spurs FC.

 

Fis-Centenary Stadium, fis-6.00pm, Pembroke Athleta FC jilagħbu kontra San Gwann FC u fit-8.15pm, Balzan FC jilagħbu kontra Fgura Utd FC.

 

F’każ ta’ riżultati finali bla rebbieħ, tintlagħab nofs siegħa żejda, u eventwalment jingħataw l-ogħti tal-penalties biex isir magħruf ir-rebbieħ li jikkwalifika għar-raba’ rawnd.


Official Sponsors
Commercial Partners