


Illejla tintlagħab it-tieni partita bejn selezzjoni tal-plejers femminili Maltin li jagħmlu parti mit-timijiet nazzjonali kontra t-tim nazzjonali tal-Azerbaijan ta' taħt id-19-il sena.
L-ewwel partita ntlagħbet l-Erbgħa li għadda u bdiet fis-7.00pm u ntemmet bl-iskor finali ta' mingħajr gowls. Il-Maltin kienu aħjar mill-avversarji tagħhom tant l-ikbar ċans ta' skor ġie minn penalty li Dorienne Theuma rat lill-gowlkiper avversarju ssalvalha.
Mark Gatt, kowċ nazzjonali, jista' juża l-partita tal-lejla bħala esperiment ieħor għall-plejers tiegħu u wieħed għad irid jara jekk hux se jibda bl-istess formazzjonali li lagħab biha fl-ewwel partita.
Il-partita tibda fis-7.00pm u tintlagħab fis-Centenary Stadium.
