Archives

Futsal: Albanija 6 vs Malta 3

Published: 25-10-2015 12:05
image1 (102)
 Malta sofriet telfa oħra fit-tielet u l-aħħar partita minn Grupp 3 ta' Kwalifikazzjoni tal-FIFA kontra l-Albanija bi skor ta' 6-3. Il-Maltin kellhom mumenti fejn kienu l-aħjar tim iżda sofrew minn dik l-esperjenza neċessarja li għandek bżonn biex tilgħab partiti fil-futsal ta' dan il-livell. Il-gowls tal-Maltin ġew skurjati minn Xavier Saliba, Andy Mangion u Jovica Miljcic.