Archives

Futsal: Malta 1 vs Litwanja 2

Published: 24-10-2015 12:25
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
 Malta sofriet telfa minima ta' 2-1 kontra l-Litwanja fit-tieni partita minn Grupp 3 tal-Gruppi ta' Kwalifikazzjoni tal-FIFA Futsal Tournament. Il-partiti minn dan il-Grupp qegħdin jintlagħbu fil-Litwanja stess. Il-Maltin kellhom bidu mill-aqwa meta wara ħames minuti, marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Milijic. Iżda sitt minuti wara Staradalovas ġab il-gowl tad-draw. Meta kollox kien qed jindika li l-partita se tispiċċa fi draw, il-Litwani skurjaw il-gowl tar-rebħa, ħames minuti mit-tmien, minn Lescius. Illum hi ġurnata ta' mistrieħ għat-timijiet li qed jilagħbu f'dan il-Grupp. Malta tilgħab l-aħħar partita għada fil-11.00am, kontra l-Albanija.