Archives

Futsal: Franza 8 vs Malta 2

Published: 23-10-2015 16:50
image1 (102)
 It-tim nazzjonali Malti tal-futsal kellu telfa fl-ewwel ħarġa tiegħu fil-partiti tal-Kwalifikazzjoni tal-FIFA futsal tournament Grupp 3, li qed isiru fil-LItwanja. Fl-ewwel partita li ntlagħbet ilbierah, Malta tilfet bl-iskor ta' 8-2 kontra Franza. L-iskorers tal-Maltin kienu Luke Stivala u Dylan Musu. Illum, il-Ġimgħa, fis-7.00pm, tintlagħab it-tieni partita kontra l-Litwanja, il-pajjiż li qed jospita dawn il-partiti. Malta tilgħab l-aħħar partita tagħha l-Ħadd fil-11.00am kontra l-Albanija.